Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Mejju 2020 – BY, CX, FU, DW, EV vs Stadt Duisburg

(Kawża C-194/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: BY, CX, FU, DW, EV

Konvenuta: Stadt Duisburg

Domandi preliminari

1.    Id-dritt tat-tfal Torok skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni Nru 1/80 1 jinkludi wkoll dritt ta’ residenza fl-Istat Membru ospitanti mingħajr il-bżonn li jiġu ssodisfatti kundizzjonijiet ulterjuri?

2.    Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

a)    Dritt ta’ residenza skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni Nru 1/80 jippresupponi li l-ġenituri tat-tfal Torok li jgawdu minn dik id-dispożizzjoni jkunu diġà kisbu drittijiet skont l-Artikolu 6(1) jew l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80?

b)    Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għad-domanda 2(a): impjieg legali fis-sens tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni Nru 1/80 għandu jiġi interpretat bl-istess mod bħal fl-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni Nru 1/80?

c)    Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għad-domanda 2(a): id-dritt ta’ residenza tat-tfal Torok skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni Nru 1/80 jista’ diġà jiġi invokat f’każ li wieħed mill-ġenituri jkun ilu impjegat legalment fl-Istat Membru ospitanti għal perijodu ta’ tliet xhur (biss)?

d)    Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għad-domanda 2(a): id-dritt ta’ residenza tat-tfal Torok jinkludi wkoll dritt ta’ residenza għall-ġenitur jew għaż-żewġ ġenituri bil-kustodja, mingħajr il-bżonn li jiġu ssodisfatti kundizzjonijiet ulterjuri?

____________

1 Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni tad-19 ta’ Settembru 1980 dwar l-iżvilupp tal-Assoċjazzjoni.