Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-30 ta' Settembru 2010 - Toth vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-107/05) 1

"Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Klassifikazzjoni fil-grad -Gradi stabbiliti fis-sejħa għall-kandidaturi - Emenda tar-regoli ta' klassifikazzjoni tal-membri tal-persunal temporanju li saret wara l-pubblikazzjoni tas-sejħa għall-kandidaturi - Klassifikazzjoni fil-grad b'applikazzjoni ta' regoli ġodda inqas favorevoli - Dispożizzjonijiet tranżitorji - Applikazzjoni b'analoġija - Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Proporzjonalità - Prinċipju ta' amministrazzjoni tajba"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Gergely Toth (Besozzo, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment S. Rodrigues u Y. Minatchy, avukati, sussegwentement S. Rodrigues, C. Bernard-Glanz u R. Albelice, avukati, fl-aħħar minn S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u H. Krämer, avukat)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Arpio Santacruz u I. Šulce, aġenti, sussegwentement K. Zieleśkiewicz u M. Bauer, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikklassifika lir-rikorrent fil-grad A*6 matul l-impjieg tiegħu bħala membru tal-persunal temporanju u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tikklassifika lil G. Toth fil-grad A*6, it-tieni skala, li tinsab fl-Artikolu 3 tal-kuntratt ta' membru tal-persunal temporanju ffirmat fis-17 ta' Jannar 2005, hija annullata.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannati tbati l-ispejjeż tagħha u l-ispejjeż tar-rikorrent.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, parti intervenjenti, għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1 - ĠU C 22, 28/01/2006, p. 15. (kawża inizjalment irreġistrata quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej [li saret il-Qorti Ġenerali] bin-numru T-401/05 u ttrasferita quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea b'digriet tal-15.12.2005).