Rikors ippreżentat fil-25 ta' Awwissu 2008 - Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-73/08)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avvocato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament ta' diversi deċiżjonijiet li permezz tagħhom il-Kummissjoni ċaħdet it-talbiet tar-rikorrent għal kumpens ta' 100 % ta' xi spejjeż mediċi mġarrba u l-kundanna tal-Kummissjoni għall-ħlas ta' somma fuq din il-bażi.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni ta' ċaħda tat-talba tas-27 ta' Ġunju 2007 mibgħuta fit-28 ta' Ġunju 2007;

jannulla d-deċiżjoni ta' ċaħda tat-talba tad-29 ta' Ġunju mibgħuta fl-istess data;

jannulla d-deċiżjoni ta' ċaħda tat-talba tat-30 ta' Ġunju 2007 mibgħuta fit-2 ta' Lulju 2007;

jannulla d-deċiżjoni ta' ċaħda tat-talba tat-2 ta' Lulju 2007 mibgħuta mir-rikorrent fl-istess data;

jannulla, safejn meħtieġ, in-nota tad-29 ta' April 2008;

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tħallas lir-rikorrent, bħala kumpens ta' 100 % tal-ispejjeż mediċi de quibus, tas-somma ta' EUR 4747,29, jew somma oħra iżgħar li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jikkunsidra ġusta u ekwa fuq din il-bażi, u kif ukoll l-interessi fuq din is-somma appena msemmija li għandhom jiddekorru mis-7 ta' Novembru 2007, bir-rata ta' 10 % fis-sena u bil-kapitalizzazzjoni annwali, jew b'dik ir-rata, bil-kapitalizzazzjoni u bid-dies a quo li t-Tribunal jikkunsidra ġusti;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

____________