Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Constanţa (ir-Rumanija) fit-12 ta’ April 2019 – Ira Invest SRL vs Agenţia de Plăţi şi Intervenţie pentru Agricultură - Centrul Judeţean Tulcea

(Kawża C-304/19)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Constanţa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ira Invest SRL

Konvenuta: Agenţia de Plăţi şi Intervenţie pentru Agricultură – Centrul Judeţean Tulcea

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(1)(b), (c), (e) u (f), tal-Artikolu 10, tal-Artikolu 21(1) u tal-Artikolu 32(1) sa (5) tar-Regolament Nru 1307/2013 1 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, teskludi lil agrikoltur mill-ħlas ta’ drittijiet għal sussidju minħabba li l-artijiet okkupati minn strutturi għall-akwakultura użati bħala raba’ li tinħarat ma jikkostitwixxux “[żona] agrikola” fis-sens tal-Artikolu 4 tal-imsemmi regolament?

____________

1     Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU 2013 L 34, p. 608 u r-rettifika fil-ĠU 2016 L 130, p. 7).