Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Cataluña (Spanja) fl-20 ta’ Novembru 2019 – Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS) vs BT

(Kawża C-843/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Cataluña

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS)

Konvenuta: BT

Domanda preliminari

Regola nazzjonali bħall-Artikolu 208[(1)](c) tal-Ley General de la Seguridad Social (il-Liġi Ġenerali dwar is-Sigurtà Soċjali) tal-2015, li teżiġi fir-rigward tal-affiljati kollha tal-iskema ġenerali li sabiex ikunu jistgħu jirtiraw antiċipament b’mod volontarju, il-pensjoni dovuta, ikkalkolata skont is-sistema normali mingħajr suppliment differenzjali, għandha tkun mill-inqas ugwali għall-pensjoni minima, hija kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni, inkwantu din tiddiskrimina indirettament kontra n-nisa affiljati mal-iskema ġenerali, peress li din tapplika għal numru ħafna ikbar ta’ nisa milli ta’ rġiel?

____________