Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-23 ta' Frar 2010 - Faria vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
"Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport ta' evalwazzjoni - Proċedura ta' evalwazzjoni 2006/2007 - Talba għal annullament tar-rapport ta' evalwazzjoni - Żball manifest ta' evalwazzjoni - Kumpens għad-danni morali"
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Marie-Hélène Faria (Muchamiel, Spanja) (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentanti: I. de Medrano Caballero, aġent, assistit minn D. Waelbroeck, avukat)
Suġġett tal-kawża
It-talba għal annullament tar-rapport ta' evalwazzjoni għall-perijodu bejn l-1 ta' Ottubru 2006 sat-30 ta' Settembru 2007, kif ukoll il-kundanna tal-konvenut għall-ħlas tad-danni subiti mir-rikorrenti.
Dispożittiv tas-sentenza
Ir-rapport ta' evalwazzjoni ta' Faria, redatt mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) għall-perijodu mill-1 ta' Ottubru 2006 sat-30 ta' Settembru 2007, huwa annullat.
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
L-UASI għandu jbati, barra mill-ispejjeż tiegħu, tliet kwarti mill-ispejjeż ta' Faria.
Faria għandha tbati kwart mill-ispejjeż tagħha.
____________1 - ĠU C 69, 21.03.09, p. 55.