Rikors ippreżentat fl-20 ta' Mejju 2009 - J vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-53/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: J (Londra, l-Ingilterra) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrenti li tirrikonoxxi bħala marda professjonali l-marda li minnha hija tbati, kif ukoll id-deċiżjoni li tħallas hi l-miżati u l-ispejjeż tat-tabib li hija għażlet kif ukoll nofs il-miżati u l-ispejjeż konnessi mat-tielet tabib tal-kummissjoni medika.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrenti li tirrikonoxxi bħala marda professjonali, skont l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-marda li minnha hija tbati u li tipprekludiha milli teżerċita d-doveri tagħha;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li hija għandha tħallas il-miżati u l-ispejjeż tat-tabib li hija għażlet kif ukoll nofs il-miżati u l-ispejjeż konnessi mat-tielet tabib tal-kummissjoni medika;

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrenti EUR 1 b'mod simboliku bħala kumpens tad-dannu morali subit;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

____________