Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-9 ta' Marzu 2010 - Tzvetanova vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-33/09) 1

(Servizz Pubbliku - Membri tal-persunal termporanju - Remunerazzjoni - Allowance ta' espatrijazzjoni - Kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 4 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal − Residenza abitwali qabel id-dħul fil-funzjonijiet − Residenza bħala student fil-post ta' assenjazzjoni matul il-perijodu ta' rifereriment − Stages barra mill-post ta' assenjazzjoni matul il-perijodu ta' riferiment - Teħid inkunsiderazzjoni tar-residenza attwali)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Aglika Tzvetanova (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: irrappreżentata inizjalment minn D. Martin u J. Baquero Cruz, aġenti, sussegwentement minn J. Currall u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad lir-rikorrenti l-allowance ta' espatrijazzjoni prevista fl-Artikolu 4(1)(a) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-10 ta' Lulju 2008, li tiċħad lil A. Tzvetanova l-allowance ta' espatrijazzjoni prevista fl-Artikolu 4 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal huwa annullat.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż kollha.

____________

1 - ĠU C 129, 06.06.2009, p. 22.