Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Köln (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Jannar 2020 – Biofa AG vs Sikma D. Vertriebs GmbH und Co. KG

(Kawża C-29/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Biofa AG

Konvenuta: Sikma D. Vertriebs GmbH und Co. KG

Domanda preliminari

L-approvazzjoni ta’ sustanza attiva b’regolament ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 1 tfisser li huwa stabbilit, fil-proċeduri ġudizzjarji fi Stat Membru, il-fatt li s-sustanza li fuqha hija bbażata l-approvazzjoni hija intiża, għall-finijiet tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, li taġixxi bi kwalunkwe mezz għajr b’azzjoni sempliċement fiżika jew mekkanika, jew hija l-qorti tal-Istat Membru mitluba tiddeċiedi l-kawża li għandha tiddetermina, fil-konstatazzjonijiet ta’ fatt tagħha, jekk il-kundizzjonijiet materjali tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (UE) 528/2012 humiex issodisfatti, anki wara l-adozzjoni ta’ regolament ta’ implimentazzjoni?

____________

1 Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU 2012 L 167, p. 1).