Rikors ippreżentat fit-2 ta' Marzu 2009 - Merhzaoui vs Il-Kunsill

(Kawża F-18/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Mohamed Merhzaoui (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avocats)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

Min-naħa waħda, l-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi assenjat fil-fluss tal-karriera AST 1-7. Min-naħa l-oħra, l-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AST 2 għall-proċedura ta' promozzjoni 2008, kif ukoll tad-deċiżjonijiet li jiġu promossi għal dan il-grad uffiċjali inqas meritevoli.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi assenjat, b'effett mill-1 ta' Mejju 2006, fil-fluss tal-karriera AST 1-7;

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AST 2 għall-proċedura ta' promozzjoni 2008 u, safejn ikun hemm bżonn, id-deċiżjonijiet li jiġu promossi għal dan il-grad uffiċjali inqas meritevoli;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________