Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fil-15 ta’ April 2019 – Milis Energy SpA vs Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dello Sviluppo Economico, Gestore dei Servizi Energetici SpA - GSE

(Kawża C-306/19)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Milis Energy SpA

Konvenuta: Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dello Sviluppo Economico,

Gestore dei Servizi Energetici SpA - GSE

Domanda preliminari

Id-dritt tal-Unjoni Ewropea jipprekludi l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali bħal dik fl-Artikolu 26(2) u (3), tad-Digriet–Liġi Nru 91/2014, kif ikkonvertit mil-Liġi Nru 116/2014, li jnaqqas jew idewwem b’mod sinjifikattiv il-ħlas ta’ inċentivi diġà mogħtija b’liġi u ddefiniti skont ftehimiet ad hoc miftiehma mill-produtturi tal-elettriku mill-konverżjoni fotovoltajika mal-Gestore dei servizi energetici S.p.a., (ġestjonarja tas-servizz ta’ enerġija) kumpannija pubblika inkarigata b’din il-funzjoni? B’mod partikolari, din id-dipożizzjoni nazzjonali hija kompatibli mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea ta’ aspettattivi leġittimi, ta’ ċertezza legali, ta’ kooperazzjoni leali u ta’ effettività, mal-Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, mad-Direttiva 2009/28/KE 1 u mar-regolamentazzjoni tal-iskemi ta’ appoġġ li huma previsti hemmhekk; mal-Artikolu 216(2) TFUE, b’mod partikolari fir-rigward tat-Trattat tal-Karta Ewropea tal-Enerġija.

____________

1 Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE Test b’rilevanza għaż-ŻEE (ĠU 2009 L 140, p. 16).