Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Diċembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Cassatie – il-Belġju) – eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra IK

(Kawża C-551/18 PPU) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali – Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI – Mandat ta’ arrest Ewropew u proċeduri ta’ konsenja bejn Stati Membri – Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għall-finijiet ta’ eżekuzzjoni ta’ piena li ċċaħħad il-libertà – Kontenut u forma – Artikolu 8(1)(f) – Assenza ta’ indikazzjoni tal-piena addizzjonali – Validità – Konsegwenzi – Effett fuq id-detenzjoni)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Cassatie

Partijiet fil-kawża prinċipali

IK

Dispożittiv

L-Artikolu 8(1)(f) tad-Deċiżjoni kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI, tas-26 ta’ Frar 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ommissjoni, fil-mandat ta’ arrest Ewropew li abbażi tiegħu seħħet il-konsenja tal-persuna kkonċernata, tal-piena addizzjonali ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni li għaliha hija ġiet ikkundannata għall-istess reat u permezz tal-istess deċiżjoni ġudizzjarja li imponiet il-piena li ċċaħħad il-libertà prinċipali ma tipprekludix li, fiċ-ċirkustanzi inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-eżekuzzjoni ta’ din il-piena addizzjonali, meta tintemm il-piena prinċipali u wara deċiżjoni formali mogħtija għal dan il-għan mill-qorti nazzjonali kompetenti fil-qasam tal-applikazzjoni tal-pieni, tagħti lok għal tiċħid tal-libertà.

____________

1     ĠU C 16, 14.01.2019