Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (l-Isvezja) fil-25 ta’ Ġunju 2019 - Lexel

(Kawża C-484/19)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta förvaltningsdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lexel AB

Konvenuta: Skatteverket

Domanda preliminari

Ir-rifjut, lil kumpannija Svediża, tad-dritt li tnaqqas l-interessi mħallsa lil kumpannija li magħha hija għandha interessi komuni (kumpannija assoċjata) stabbilita fi Stat Membru ieħor, għar-raġuni li l-obbligu li jgħaqqadhom flimkien jidher li ġie maqbul prinċipalment bl-għan li l-kumpanniji assoċjati jibbenefikaw minn vantaġġ fiskali sostanzjali, filwaqt li ma tqiesx li tali vantaġġ fiskali kien jeżisti li kieku ż-żewġ kumpanniji kienu kumpanniji Svediżi, peress li, għaldaqstant, kienu jkunu applikabbli għalihom id-dispożizzjonijiet dwar it-trasferimenti finanzjarji fi ħdan l-istess grupp, huwa konformi mal-Artikolu 49 TFUE?

____________