Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Lulju 2016 – Gaj vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-43/14) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Pensjonijiet – Ttasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni nazzjonali – Proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz – Att li ma jikkawżax preġudizzju – Talba sabiex tingħata deċiżjoni mingħajr ma tinbeda d-diskussjoni fuq il-mertu – Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura – Rikors parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt – Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Wanda Gaj (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: initizjalment J. Currall u G. Gattinara, aġenti, sussegwentement G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ akkreditazzjoni tad-drittijiet għal pensjoni tar-rikorrenti fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni skont id-DĠI l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll tad-deċiżjoni tad-19 ta’ Awwissu 2013 li tagħlaq il-fajl dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti miksuba mingħand il-Fond Nazzjonali ta’ assigurazzjoni għax-xjuħija tal-ħaddiema impjegati (CNAVTS).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud għaliex parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat.

Wanda Gaj għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 292, 1. 9. 2014, p. 61.