Rikors ippreżentat fit-3 ta' Ottubru 2008 - Ackerman et vs BEI

(Kawża F-79/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Lucie Ackerman (Strasbourg, Franza) et (rappreżentant: L. Lévi, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

Suġġett

L-annullament tal-karti tal-pensjoni (pension slips) tar-rikorrenti għal Frar 2008, sa fejn dawn il-karti tal-pensjoni japplikaw aġġustament annwali tal-pensjoni għas-sena 2007 retroattivament mill-1 ta' Jannar 2008 biss, u mhux mill-1 ta' Lulju 2007 u, għalhekk, il-kundanna tal-BEI għall-ħlas tal-ammont tal-pensjoni li jikkorrispondi għall-applikazzjoni tal-aġġustament annwali għas-sena 2007, tal-ammont tal-pensjoni li jikkorrispondi għall-konsegwenzi tal-applikazzjoni tal-aġġustament annwali għas-sena 2007 fuq l-ammonti tal-pensjoni li ser jitħallsu minn Jannar 2009 u tal-imgħaxijiet ta' dewmien fuq l-ammonti tal-pensjoni dovuti sal-ħlas sħiħ tas-somom dovuti.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla l-karti tal-pensjoni (pension slips) għal Frar 2008, sa fejn japplikaw aġġustament annwali tal-pensjoni għas-sena 2007 retroattivament mill-1 ta' Jannar 2008 biss, u mhux mill-1 ta' Lulju 2007 u, sa fejn ikun meħtieġ, jannulla n-nota li l-konvenut bagħat lir-rikorrenti u li għandha d-data tat-13 ta' Frar 2008;

jikkundanna lill-konvenut għall-ħlas (i) tal-ammont tal-pensjoni li jikkorrispondi għall-applikazzjoni tal-aġġustament annwali għas-sena 2007, jiġifieri żieda ta' 2.2 % għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007; (ii) tal-ammont tal-pensjoni li jikkorrispondi għall-konsegwenzi tal-applikazzjoni tal-aġġustament annwali għas-sena 2007 fuq l-ammonti tal-pensjoni li ser jitħallsu minn Jannar 2009; (iii) tal-imgħaxijiet għal dewmien fuq l-ammonti tal-pensjoni dovuti sal-ħlas sħiħ tas-somom dovuti; ir-rata tal-imgħax għal dewmien għandha tiġi kkalkulata fuq ir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament, applikabbli matul il-perijodu kkonċernat, miżjuda bi tliet punti perċentwali;

jikkundanna lill-Bank Ewropew tal-Investiment għall-ispejjeż.

____________