Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2013 – BY vs AESA

(Kawża F-8/12) 1

“Persunal tal-AESA – Membru tal-persunal temporanju – Tkeċċija minħabba inkompetenza professjonali – Dmir ta’ premura – Raġuni esterna għad-diffikultajiet professjonali – Fastidju psikoloġiku – Mard – Danni”

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: BY (Lasne, il-Belġju) (rappreżentant: B.-H. Vincent, avukat)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni (AESA) (rappreżentanti: F. Manuhutu, aġent u assistit minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ tkeċċija tar-rikorrent u t-talba ta’ ħlas għad-dannu allegatament imġarrab minħabba din it-tkeċċija u l-fastidju allegat.

Dispożittiv tas-sentenza

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni hija kkundannata tħallas lil BY is-somma li tikkorrispondi għal disa’ xhur tar-remunerazzjoni netta li kien jirċievi sa lejliet it-tkeċċija tiegħu.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn BY.

____________

1 ĠU C 65, 3.3.12, p. 28.