Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Kroazja

(Kawża C-415/17)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Støvlbæk, M. Mataija u G. von Rintelen, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Kroazja

Talbiet

tikkonstata li, billi ma adottatx, fis-17 ta’ Ġunju 2016, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2014/56/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ April 2014, li temenda d-Direttiva 2006/43/KE dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati (ĠU 2014, L 158, p. 196), jew fi kwalunkwe każ, billi ma nnotifikatx dawn id-dispożizzjoni lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Kroazja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Kroazja, abbażi tal-Artikolu 260(3) TFUE, tħallas multa tal-ammont ta’ EUR 9275.20 għal kull jum mid-data tal-għoti tas-sentenza li tikkonstata l-ksur għall-obbligu li jiġu kkomunikati l-miżuri ta’ traspożizzjoni tad-direttiva msemmija iktar ’il fuq;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Kroazja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-Repubblika tal-Kroazja ma ssoddisfatx l-obbligu tagħha li tikkomunika l-miżuri ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2014/56/UE fit-terminu previst fl-Artikolu 2 ta’ din.

____________