Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Marzu 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Bulgarija

(Kawża C-130/17)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Wils, I. Zalogin)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Bulgarija

Talbiet

tikkonstata li r-Repubblika tal-Bulgarija naqset milli twettaq l-obbligu tagħha li timplementa punt uniku ta’ kuntatt għall-iskambju ta’ ċertifikati elettroniċi għall-aċċess għad-data bijometrika fid-dokumenti ta’ identifikazzjoni fis-sens tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 7476, tal-5 ta’ Ottubru 2009, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 8657 finali li tistabbilixxi politika ta’ ċertifikazzjoni kif mitluba fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta’ sigurtà u l-bijometrija fil-passaporti u d-dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri, kif ukoll fis-sens tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 5478, tal-4 ta’ Awwissu 2011, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2002) 3069 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonjiet tekniċi għall-format uniformi tal-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

tikkundanna lir-Repubblika tal-Bulgarija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-Repubblika tal-Bulgarija ma żguratx l-implementazzjoni ta’ punt uniku ta’ kuntatt għall-iskambju ta’ ċertifikati elettroniċi għall-aċċess għad-data bijometrika fid-dokumenti ta’ identifikazzjoni u għalhekk naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni msemmija iktar ’il fuq.

____________