Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof - l-Awstrija) – Marjan Noorzia vs Bundesministerin für Inneres

(Kawża C-338/13) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja — Direttiva 2003/86/KE — Artikolu 4(5) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li titlob li l-isponsor u l-konjuġi jkunu għalqu l-età ta’ 21 sena fil-mument tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għar-riunifikazzjoni — Interpretazzjoni konformi)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Marjan Noorzia

Konvenuta: Bundesministerin für Inneres

Dispożittiv

L-Artikolu 4(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li l-konjuġi u l-imsieħba rreġistrati għandhom ikunu għalqu 21 sena fil-mument tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni sabiex jitqiesu li huma membri tal-familja eliġibbli għal riunifikazzjoni.

____________

1 ĠU C 233, 10.08.2013