Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (England & Wales), Queen's Bench Division (Administrative Court) fis-17 ta' April 2013 - Sean Ambrose McCarthy, Helena Patricia McCarthy Rodriguez, Natasha Caley McCarthy Rodriguez vs Secretary of State for the Home Department

(Kawża C-202/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (England & Wales), Queen's Bench Division (Administrative Court)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sean Ambrose McCarthy, Helena Patricia McCarthy Rodriguez, Natasha Caley McCarthy Rodriguez

Konvenut: Secretary of State for the Home Department

Domandi preliminari

L-Artikolu 35 tad-Direttiva 2004/38/KE  tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta' April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri jippermetti lil Stat Membru jadotta miżura ta' applikazzjoni ġenerali sabiex jirrifjuta, jannulla jew jirtira d-dritt, mogħti mill-Artikolu 5(2) ta' din id-direttiva lill-membri tal-familja li ma għandhomx in-nazzjonalità ta' Stat Membru u li għandhom permess ta' residenza li għadu validu maħruġ skont l-Artikolu 10 ta' din id-direttiva, li jibbenefikaw mill-eżenzjoni mill-obbligu li jiksbu viża?

L-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 20 dwar l-applikazzjoni ta' ċerti aspetti tal-Artikolu 26 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għar-Renju Unit u għall-Irlanda jippermetti lir-Renju Unit jimponi fuq il-proprjetarji ta' permess ta' residenza li jkollhom viża tad-dħul li għandha tinkiseb qabel il-wasla mal-fruntiera?

Fil-każ ta' risposta affermattiva għall-ewwel jew għat-tieni domanda, il-pożizzjoni tar-Renju Unit relatata mal-proprjetarji ta' permessi ta' residenza hija ġġustifikata f'dan il-każ, fid-dawl tal-elementi miġbura fil-qosor fid-digriet tal-qorti tar-rinviju?

____________

1 - Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta' April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46.