Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fl-20 ta’ Ġunju 2013 – Marjan Noorzia

(Kawża C-338/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Marjan Noorzia

Konvenut: Bundesministerin für Inneres

Domanda preliminari

L-Artikolu 4(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni li tipprevedi li l-konjugi u l-imsieħba għandhom ikunu għalqu 21 sena fil-mument li fih tiġi ppreżentata l-applikazzjoni sabiex jitqiesu bħala membri tal-familja eliġibbli għal riunifikazzjoni?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224