Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tad-9 ta’ Frar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo n° 8 de Madrid) - Spanja – Francisco Rodrigo Sanz vs Universidad Politécnica de Madrid

(Kawża C-443/16)1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Direttiva 1999/70/KE – Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat – Klawżola 4 – Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi fis-settur pubbliku – Ristrutturazzjoni tal-organizzazzjoni universitarja – Leġiżlazzjoni nazzjonali – Integrazzjoni tal-għalliema tal-iskejjel universitarji fil-korp tal-professuri universitarji – Kundizzjoni – Kisba ta’ dottorat – Bidla tal-impjiegi full-time f’impjiegi part-time – Applikazzjoni biss għall-għalliema impjegati bħala membri tal-persunal mhux permanenti – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Contencioso-Administrativo n° 8 de Madrid

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Francisco Rodrigo Sanz

Konvenuta: Universidad Politécnica de Madrid

Dispożittiv

Il-klawżola 4(1) tal-ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat], konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tawtorizza, fil-kuntest ta’ miżuri ta’ ristrutturazzjoni tal-organizzazzjoni tal-universitajiet, lill-amministrazzjonijiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat inaqqsu bin-nofs iż-żmien ta’ xogħol tal-għalliema tal-iskejjel universitarji impjegati bħala membri tal-persunal mhux permanenti, minħabba l-fatt li ma għandhomx dottorat, meta l-għalliema tal-iskejjel universitarji li huma uffiċjali, iżda li lanqas ma għandhom dottorat, ma humiex suġġetti għall-istess miżura.

____________

1 ĠU 410, 7.11.2016