Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fis-6 ta’ Frar 2019 – Agencia Estatal de la Administración Tributaria vs RK

(Kawża C-85/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Galicia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agencia Estatal de la Administración Tributaria

Konvenuta: RK

Domandi preliminari

Id-dispożizzjoni li tinsab fi ftehim kollettiv u l-prattika ta’ impriża, li skonthom, għall-finijiet ta’ remunerazzjoni u għall-finijiet ta’ promozzjoni, l-anzjanità ta’ ħaddiema part-time għandha tiġi kkalkolata fil-forma ta’ distribuzzjoni vertikali tal-ħin tax-xogħol fis-sena, filwaqt li jitqies biss il-ħin fl-eżerċizzju tal-attività, tikser id-dispożizzjonijiet tal-klawżola 4(1) u (2) tal-Ftehim Qafas Ewropew dwar ix-xogħol part-time – Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE tal-15 ta’ Diċembru 1997 1 , u l-Artikoli 2(1)(b) u 14(1) tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid)2 ?

____________

1  Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE tal-15 ta’ Diċembru 1997 li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 267).

2  Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid) (ĠU 2006, L 204, p. 23).