Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Köln (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Diċembru 2019 – KA

(Kawża C-937/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: KA

Fil-preżenza ta’: Staatsanwaltschaft Köln, Bundesamt für Güterverkehr

Domanda preliminari

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 1 għandha tiġi interpretata fis-sens li jikkostitwixxi wkoll trasport internazzjonali fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni meta dan it-trasport iseħħ fil-kuntest ta’ trasport skont l-Artikolu 1(5)(d) ta’ dan ir-regolament?

____________

1 Regolament dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (ĠU 2009, L 300, p. 72, rettifika fil-ĠU 2018, L 241, p. 14).