Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Lulju 2016 – Piessevaux vs Il-Kunsill

(Kawża F-94/13) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Pensjonijiet – Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal – drittijiet għall-pensjoni miksubin qabel id-dħul fis-servizz tal-Unjoni, taħt skema nazzjonali ta’ pensjoni – Trasferiment lejn l-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni – Proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz – Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà – Kunċett ta’ att li jikkawża preġudizzju – Artikolu 83 tar-Regoli ta' Proċedura)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Vincent Piessevaux (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn D. De Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati, sussegwentement minn D. de Abreu Caldas u J.-N. Louis, avukati, sussegwentement minn J.-N. Louis, avukat, finalment minn L. Ponteville, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u J. Herrmann, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li jsir il-kalkolu tal-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz abbażi tad-DĠI ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal;

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Vincent Piessevaux għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 336, 16.11.2013, p. 32.