Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-8 ta' Marzu 2011 - De Nicola vs Bank Ewropew tal-Investiment

(Kawża F-59/09) 1

(Servizz pubbliku - Persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment - Evalwazzjoni - Promozzjoni - Ġurisdizzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Ammissibbiltà - Deċiżjoni impliċita ta' ċaħda - Direttiva interna - Rappreżentant tal-persunal - Prinċipju tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża)

Lingwa tal-kawża:it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)

Konvenut: Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: C. Gómez de la Cruz, T. Gilliams u F. Martin, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tal-promozzjonijiet deċiżi fid-29 ta' April 2008 li ma jinkludux l-isem tar-rikorrent, kif ukoll l-evalwazzjoni tar-rikorrent għall-2007. Min-naħa l-oħra, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell li jibqa' aditu sabiex jiddeċiedi minkejja talba ta' rikuża. Fl-aħħar nett, l-istabbiliment tal-fatt li r-rikorrent huwa vittma ta' fastidju psikoloġiku kif ukoll il-kundanna tal-konvenut sabiex iwaqqaf l-attività tiegħu ta' fastidju u jħallas għad-danni morali u materjali.

Dispożittiv

Ir-rapport ta' evalwazzjoni 2007 u d-deċiżjoni ta' rifjut ta' promozzjoni ta' C. De Nicola huma annullati.

Il-kumplament tat-talbiet tar-rikors huma miċħuda.

C. De Nicola u l-Bank Ewropew tal-Investiment għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 - ĠU C 205, 29.08.09, p. 49.