Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo nº 2 de Ourense (Spanja) fl-20 ta’ Marzu 2019 – FA vs Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS)

(Kawża C-240/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Contencioso-Administrativo nº 2 de Ourense

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: FA

Konvenut: Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS)

Domandi preliminari

Meta dispożizzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 2(2)(a) tal-Orden TAS 2865/2003 [id-Digriet Ministerjali TAS 2865/2003], tissuġġetta l-aċċess għal assigurazzjoni volontarja jew fakultattiva kontinwa għall-kundizzjoni li jkun hemm il-ħruġ minn skema tas-sigurta soċjali: l-imsemmi ħruġ għandu jkun seħħ minn skema tas-sigurtà soċjali Spanjola jew, bil-kontra ta’ dan, b’mod konformi mal-prinċipju ta’ trattament ugwali tal-fatti stabbilit fl-Artikolu 5(b) tar-Regolament Nru 883/2004 1 , l-istituzzjoni kompetenti Spanjola għandha tieħu inkunsiderazzjoni, daqs li kieku seħħ fi Spanja, ħruġ minn skema simili tas-sigurta soċjali ta’ Stat Membru ieħor?

Meta dispożizzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 3(3) tal-Orden TAS 2865/2003 [id-Digriet Ministerjali TAS 2865/2003], tissuġġetta l-aċċess għal assigurazzjoni volontarja jew fakultattiva kontinwata għall-kundizzjoni li tingħata prova ta’ perijodi ta’ kontribuzzjoni: huwa neċessarju li l-persuna kkonċernata kienet, f’xi mument fl-imgħoddi, suġġetta għal-leġiżlazzjoni Spanjola jew, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament 883/2004, l-istituzzjoni kompetenti Spanjola għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-perijodi ta’ kontribuzzjoni mwettqa taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor daqs li kieku dawn kienu kontribuzzjonijiet imwettqa fi Spanja?

____________

1 Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72).