Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Marzu 2014 – ZZ vs Europol

(Kawża F-21/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: J.-J. Ghosez, avukat)

Konvenuta: Europol

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni li ma jiġġeddidx, għal żmien indeterminat, il-kuntratt għal żmien determinat tar-rikorrenti u li l-Europol tiġi kkundannata għall-ħlas tad-differenza bejn l-ammont tar-remunerazzjoni li hija kienet setgħet tirċievi fil-każ li baqgħet taħdem u l-allowances tal-qgħad jew kwalunkwe allowance oħra ta’ sostituzzjoni li hija rċeviet

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni meħuda mill-konvenuta fit-13 ta’ Mejju 2013 li permezz tagħha l-konvenuta tinforma lir-rikorrenti li hija mhux ser ittiha kuntratt għal żmien indeterminat u li l-kuntratt tagħha li għadu għaddej kien ser jiskadi fil-31 ta’ Ottubru 2013 kif ukoll id-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tal-ilment tagħha tat-13 ta’ Diċembru 2013;jikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrenti d-differenza bejn, minn naħa, l-ammont tar-remunerazzjoni li hija kienet setgħet tirċievi fil-każ li baqgħet taħdem fi ħdanha u, min-naħa l-oħra, l-ammont tar-remunerazzjoni, l-onorarji, l-allowances tal-qgħad jew kwalunkwe allowance oħra ta’ sostituzzjoni li hija effettivament irċeviet mill-1 ta’ Novembru 2013 minflok ir-remunerazzjoni li hija kienet tirċievi bħala membru tal-persunal temporanju;jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha tal-kawża.