Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-12 ta' Diċembru 2012 - Lebedef vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-109/11) 

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Proċedura ta' evalwazzjoni għas-sena 2009 - Eżenzjoni għal nofs il-ħin għal finijiet ta' rappreżentazzjoni sindakali - Rapport ta' evalwazzjoni li jkopri l-funzjonijiet eżerċitati fis-servizz ta' assenjazzjoni - Nomina mir-Regolamenti tal-Persunal - Nomina sindakali - Rikors manifestament infondat fid-dritt)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Giorgio Lebedef (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament ta' parti mir-rapport ta' evalwazzjoni tar-rikorrent għall-perijodu bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru 2009.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat.

G. Lebedef għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 - ĠU C 6, 07.01.2012, p. 26.