DIGRIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU

(L-Ewwel Awla)

4 ta’ Novembru 2008

Kawża F‑133/06

Luigi Marcuccio

vs

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

“Servizz Pubbliku – Uffiċjali – Talba għar-restituzzjoni ta’ beni personali – Deċiżjoni li tiċħad l-ilment redatta f’lingwa li ma hijiex il-lingwa materna tal-uffiċjal – Rikors tardiv – Inammissibbiltà manifesta”

Suġġett: Rikors, ippreżentat skont l-Artikoli 236 KE u 152 KEEA, li permezz tiegħu L. Marcuccio jitlob b’mod partikolari, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tiegħu għal kunsinna, fir-residenza attwali tiegħu, tal-beni li tħallew preċedentement fil-post tas-servizz assenjat lilu mad-delegazzjoni tal-Kummissjoni f’Angola u, min-naħa l-oħra, il-kundanna tal-istituzzjoni għad-danni.

Deċiżjoni:      Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. Ir-rikorrent huwa kkundannat għall-ispejjeż.

Sommarju

1.      Uffiċjali – Rikors – Termini – Bidu tad-dekorrenza – Notifika – Kunċett

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 91(3))

2.      Proċedura – Spejjeż – Spejjeż fiergħa jew vessatorji

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 87(3); Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikolu 122)

1.      In-notifika ta’ deċiżjoni li tiċħad ilment redatta f’lingwa li la hija l-lingwa materna tal-uffiċjal u lanqas ma hija l-lingwa li biha ġie redatt l-ilment hija regolari sakemm il-persuna kkonċernata tkun tista’ effettivament issir taf biha.

(ara l-punt 42)

Referenza: Il-Qorti tal-Prim’Istanza 7 ta’ Frar 2001, Bonaiti Brighina vs Il‑Kummissjoni, T‑118/99, ĠabraSP p. I‑A‑25 u II‑97, punt 17; It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku 13 ta’ Diċembru 2007, Duyster vs Il‑Kummissjoni, F‑51/05 u F‑18/07, ĠabraSP p. I‑A‑1‑0000 u II‑A‑1‑0000, punt 57

2.      Hemm lok li jiġi applikat it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 87(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, applikabbli mutatis mutandis għall-kawżi pendenti quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku qabel daħlu fis-seħħ, fl-1 ta’ Novembru 2007, ir-Regoli tal-Proċedura tiegħu, u li l-uffiċjal li insista li jagħti prova ta’ ostruzzjoniżmu fil-konfront tal-amministrazzjoni meta rrifjuta li jikkoopera magħha u għażel it-triq kontenzjuża mingħajr ebda ġustifikazzjoni jiġi kkundannat ibati l-ispejjeż kollha tal-kawża.

(ara l-punti 55, 56 u 58)

Referenza: Il-Qorti tal-Prim’Istanza 17 ta’ Mejju 2006, Marcuccio vs Il‑Kummissjoni, T‑241/03, ĠabraSP p. I‑A‑2‑111 u II‑A‑2‑517, punt 65; It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku 6 ta’ Diċembru 2007, Marcuccio vs Il‑Kummissjoni, F‑40/06, ĠabraSP p. I‑A‑1‑000 u II‑A‑1‑000, punt 50, li hija suġġetta għal appell pendenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza, Kawża T‑46/08 P