Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Trgovački sud u Zagrebu (il-Kroazja) fl-1 ta’ Marzu 2019 – INA-INDUSTRIJA NAFTE d.d. et vs LJUBLJANSKE BANKE d.d.

(Kawża C-200/19)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Qorti tar-rinviju

Trgovački sud u Zagrebu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: INA-INDUSTRIJA NAFTE d.d., CROATIA osiguranje d.d., REPUBLIKA HRVATSKA, Croatia Airlines d.d., GRAD ZAGREB, HRVATSKA ELEKTROPRIVREDA d.d., HRVATSKE ŠUME d.o.o., KAPITAL d.o.o. u stečaju, PETROKEMIJA d.d., Đuro Đaković Holding d.d., ENERGOINVEST d.d., TELENERG d.o.o., ENERGOCONTROL d.o.o., UDRUGA POSLODAVACA U ZDRAVSTVU, HRVATSKI ZAVOD ZA MIROVINSKO OSIGURANJE, ZAGREPČANKA-POSLOVNI OBJEKTI d.d., BRODOGRADILIŠTE VIKTOR LENAC d.d., INOVINE d.d., MARAT INŽENJERING d.o.o., GOYA - COMPANY d.o.o., METROPOLIS PLAN d.o.o., Dalekovod d.d., INFRATERRA d.o.o., Citat d.o.o., STAROSTA d.o.o., METALKA METALCOM d.o.o., I.Š., B.C., Z.N., D.G., M.R., A.T.

Konvenuta: LJUBLJANSKA BANKA d.d.

Domandi preliminari

Ġaladarba l-konvenuta ma pparteċipatx fil-konklużjoni tal-kuntratti mal-koproprjetarji l-oħra u lanqas ma tat il-kunsens tagħha għal dak li ġie miftiehem, l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li għandu jitqies ukoll bħala obbligu kuntrattwali, dak l-obbligu impost fuq il-konvenuta, jiġifieri obbligu previst mil-liġi, iżda li, inkwantu l-ammont tiegħu, id-data ta’ skadenza tiegħu u modalitajiet oħra, huwa ddeterminat bi qbil komuni mill-proprjetarji ta’ iktar min-nofs tal-kwoti ta’ parteċipazzjoni fil-koproprjetà tal-proprjetà immobbli?

L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ obbligu previst mil-liġi fir-rigward ta’ koproprjetarji oħra tal-proprjetà immobbli li jistgħu jitolbu l-eżekuzjoni tiegħu b’mezzi ġudizzjarji għandha titqies bħala delitt jew kważi-delitt, u dan b’mod partikolari fid-dawl tal-fatt li, minħabba n-nuqqas tal-konvenuta li twettaq l-obbligi legali, il-koproprjetarji l-oħra u anki terzi jistgħu jġarrbu danni addizzjonali (minbarra t-telf pekunjarju fir-rigward tar-riżerva)?

Ġaladarba li f’dan il-każ, l-obbligu inkwistjoni jirriżulta mill-fatt li l-konvenuta hija proprjetarja ta’ edifiċi kummerċjali li fihom hija teżerċita l-kummerċ, jiġifieri edifiċji li fihom għandha s-sede tagħha sussidjarja, l-Artikolu 7(5) tar-Regolament (UE) n° 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li din tikkostitwixxi vertenza marbuta mal-attività ta’ sussidjarja, ta’ aġenzija jew ta’ kull stabbiliment ieħor?

____________