Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tal-14 ta' Diċembru 2010 - Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Assigurazzjoni għall-mard - Talbiet għal rimbors ta' spejjeż mediċi - Nuqqas ta' att li jikkawża preġudizzju - Inammissibbiltà - Nuqqas ta' motivazzjoni)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropeja (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad il-ħlas ta' 100 % tal-ispejjeż mediċi tar-rikorrent.
Dispożittiv
Id-deċiżjonijiet impliċiti li permezz tagħhom il-Kummissjoni Ewropea ċaħdet l-applikazzjonijiet tal-25 ta' Diċembru 2008 ta' L. Marcuccio għar-rimbors bir-rata normali ta' ċerti spejjeż mediċi huma annullati.
Il-kumplament tat-talbiet tar-rikors huwa miċħud.
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
____________1 - ĠU C 63, 13.03.2010, p. 52.