Rikors ippreżentat fid-29 ta' Lulju 2011 - ZZ vs Il-Qorti tal-Awdituri

(Kawża F-69/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Awdituri

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Awdituri li ma jinħatarx ir-rikorrent bħala Direttur tad-Direttorat tar-Riżorsi Umani u li jinħatar kandidat ieħor għall-imsemmija pożizzjoni.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Awdituri biex tinħatar persuna oħra bħala d-Direttur tad-Direttorat tar-Riżorsi Umani u d-deċiżjoni li ma jinħatarx ir-rikorrent għal dan l-impjieg;

sa fejn ikun meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni li tiċħad l-ilment;

tikkundanna lill-Qorti tal-Awdituri tħallas kumpens għad-danni materjali subiti li jikkonsistu f'telf ta' drittijiet finanzjarji marbuta mad-deċiżjonijiet ikkontestati (inkluż dak li jirrigwarda l-karriera u d-drittijiet tal-pensjoni) u għalhekk, il-ħlas ta' dawn id-drittijiet mill-1 ta' Jannar 2001;

tikkundanna lill-Qorti tal-Awdituri tħallas Euro 1 simboliku bħala kumpens għad-danni morali;

tikkundanna lill-Qorti tal-Awdituri għall-ispejjeż.

____________