Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ottubru 2012 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-126/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Boury, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tat-tweġiba għall-ilment li permezz tiegħu r-rikorrent talab, l-ewwel nett, ir-rikonoxximent mill-Kummissjoni li setgħu biss jiġu trażmessi lill-imħallef inkwerenti tat-Tribunal de première instance de Bruxelles ċerti dokumenti li jinsabu fil-fajl amministrattiv personali tiegħu u, it-tieni nett, il-konstatazzjoni tal-illegalità tal-ħabi mill-imsemmi Tribunal tad-deċiżjoni tat-2 ta’ Frar 2001.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla t-tweġiba tal-Awtorità tal-Ħatra tal-24 ta’ Awwissu 2012 għall-ilment Nru R/367/12;

tirrikonoxxi l-illegalità tal-ħabi lill-ġustizzja Belġjana tal-fajl amministrattiv personali reali tiegħu, kif ukoll tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tat-2 ta’ Frar 2001 u tal-atti kollha marbuta magħha, tad-dokumenti li ntalbu lill-Kummissjoni mill-ġustizzja kriminali Belġjana;tirrikonoxxi l-illegalità tat-trażmessjoni lit-Tribunal ta’ Brussell ta’ dokumenti kunfidenzjali prodotti mingħajr l-ebda stħarriġ legali u kontra r-regoli tar-Regolamenti tal-Persunal fi ħdan l-ex Diviżjoni ADMIN B9 responsabbli mill-investigazzjonijiet miftuħa fit-2 ta’ Frar 2001 mill-Awtorità tal-Ħatra, bi ksur tar-regoli tar-Regolamenti tal-Persunal;tirrikonoxxi l-illegalità tal-intervent fl-investigazzjoni tal-ilment tiegħu quddiem it-Tribunal ta’ Brussell u bl-għan li jinħoloqlu dannu minn membri tal-persunal tal-Kummissjoni li la kellhom mandat u lanqas kompetenza;tirrikonoxxi li matul din il-kawża huwa kien vittma, bħalma kienet il-familja tiegħu, ta’ okkorrenzi ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fundamentali tiegħu u li ġarrab danni professjonali, morali u materjali serji li huma diffiċilment reparabbli u li, għalhekk, huwa għandu d-dritt li jikseb kumpens għal dawn l-istess danni.