Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2012 – ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-55/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ u ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal u S. Orlandi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tal-proposti ta’ trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz mal-Kummissjoni abbażi tal-kalkolu li jieħu inkunsiderazzjoni d-DĠI ġodda li daħlu fis-seħħ wara t-talbiet ta’ trasferiment tar-rikorrenti.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjonijiet li jinkludu l-proposti ta’ trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti fil-kuntest tat-talba tagħhom skont l-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, li jinkludu proposta kkalkolata abbażi tad-DĠI adottati fit-3 ta’ Marzu 2011;

jikkundanna lil Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.