Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Settembru 2013 – Mohamed Ali Ben Alaya vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-491/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Mohamed Ali Ben Alaya

Konvenuta: Ir Repubblika Federali tal-Ġermanja

Domanda preliminari

Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/114/KE 1 , tat-13 ta’ Diċembru 2004, dwar il-kondizzjonijiet ta’ ammissjoni ta’ cittadini ta’ pajjiżi terzi għal skopijiet ta’ studju, skambju ta’ studenti, taħriġ bla ħlas jew servizz volontarju, tistabbilixxi dritt, li jirriżulta minn kompetenza marbuta mal-ħruġ ta’ viża għal skopijiet ta’ studju u ta’ permess ta’ residenza korrispondenti skont l-Artikolu 12 ta’ din id-“Direttiva għall-istudenti” meta l-“kundizzjonijiet għall-ammissjoni”, jiġifieri l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 6 u 7 ikunu sodisfatti u ma jkun hemm ebda raġuni sabiex l-ammissjoni tiġi rrifjutata skont l-Artikolu 6(1)(d) tad-Direttiva?