Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2013 – Palleschi vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-123/12) 1

(Servizz pubbliku – Membru tal-persunal awżiljarju – Artikolu 3c tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg – Talba għall-klassifikazzjoni mill-ġdid f’kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien indeterminat – Rikors manifestament infondat fid-dritt)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Maria-Pia Palleschi (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrenti sabiex il-kuntratt tagħha ta’ membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt jiġi klassifikat mill-ġdid bħala kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien indeterminat.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

M-P. Palleschi għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 389. 15.12.2012, p. 9.