Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-tieni Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2014 – BN vs Il-Parlament

(Kawża F-24/12) 1

(Servizz Pubbliku – Uffiċjali – Rikors għal annullament – Uffiċjal fil-grad AD 14 li għandu pożizzjoni ta’ kap ta’ unità – Allegazzjoni ta’ fastidju psikoloġiku kontra d-direttur ġenerali – Eżerċizzju ta’ mobbiltà – Rifjut li tiġi aċċettata l-ħatra f’pożizzjoni ta’ konsulent f’direttorat ġenerali ieħor b’telf taż-żieda fis-salarju marbuta mal-pożizzjoni ta’ kap ta’ unità – Deċiżjoni ta’ assenjazzjoni mill-ġdid provviżorja f’pożizzjoni oħra ta’ konsulent – Interess tas-servizz – Regola li l-grad għandu jikkorrispondi mal-impjieg – Rikors għad-danni – Dannu li jirriżulta minn aġir mhux deċiżjonali)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: BN (rappreżentanti: inizjalment S. Rodrigues, A. Tymen u A. Blot, avukati, sussegwentement S. Rodrigues u A. Tymen, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment O. Caisou-Rousseau u J. F. de Wachter, sussegwentement O. Caisou-Rousseau u V. Montebello-Demogeot)SuġġettTalba għall-annullament tad-deċiżjoni adottata mill-President tal-Parlament Ewropew li tassenja mill-ġdid lir-rikorrenti fi ħdan l-istess direttorat ġenerali tal-Parlament mill-pożizzjoni ta’ kap ta’ unità għall-pożizzjoni ta’ konsulent tad-direttur ta’ direttorat u talba għad-danni għall-fastidju psikoloġiku.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż kollha tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn BN.