Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Económico Administrativo Central de Madrid (Spanja) fis-7 ta’ Novembru 2018 – Ente Público Radio Televisión Madrid vs Agencia Estatal de la Administración Tributaria (AEAT)

(Kawża C-694/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Económico Administrativo Central de Madrid

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ente Público Radio Televisión Madrid

Konvenuta: Agencia Estatal de la Administración Tributaria (AEAT)

Domandi preliminari

Għall-finijiet tal-VAT, l-entitajiet bħal dawk deskritti, flimkien mal-organi tad-dritt pubbliku li jikkostitwixxuhom, jistgħu jitqiesu bħala persuni taxxabbli waħidhom fis-sens tal-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE 1 ?

F’każ li tingħata risposta pożittiva għad-domanda preċedenti, għandu jitqies li l-finanzjament li dawn l-entitajiet jirċievu mill-organi tad-dritt pubbliku li jikkostitwixxuhom ma jista’ fl-ebda każ jiġi kklassifikat bħala korrispettiv għall-provvisti ta’ servizzi suġġetti għall-VAT?

Fir-rigward tat-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa minn dawn l-entitajiet, hija l-persuna taxxabbli waħidha li għandha tiddetermina, bħala tali, l-ammont li jista’ jitnaqqas, billi tapplika d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 168 tad-Direttiva 2006/112/KE skont l-attivitajiet li hija twettaq?

B’mod iktar preċiż, fir-rigward tal-attivitajiet ta’ televiżjoni pubblika, jekk jiġi preżunt li dawn l-attivitajiet jista’ jkollhom natura “doppja” u jekk jiġi preżunt ukoll li dawn l-entitajiet, previsti flimkien mal-organi tad-dritt pubbliku li huma proprjetarji tal-maġġoranza tal-kapital azzjonarju tagħhom, jitqiesu bħala persuni taxxabbli waħidhom, għandu jitqies li l-VAT tal-input imħallsa tista’ titnaqqas biss fir-rigward tal-parti mill-VAT li tista’ titqies bħala li hija marbuta mal-attività ekonomika tagħha?

____________

1     Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta’ 28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1).