Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Litwanja) fl-20 ta’ Diċembru 2018 – AAS “BALTA” vs UAB “GRIFS AG”

(Kawża C-803/18)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos Aukščiausiasis Teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: AAS “BALTA”

Parti oħra fil-proċedura: UAB “GRIFS AG”

Domanda preliminari

Il-punt (5) tal-Artikolu 15 u l-punt 5 tal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali 1 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fir-rigward ta’ assigurazzjoni li tkopri “riskji kbar”, il-klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni u li tinsab fil-kuntratt ta’ assigurazzjoni konkluż bejn id-detentur ta’ polza ta’ assigurazzjoni u l-assiguratur tista’ tiġi invokata kontra l-assigurat kopert minn dan il-kuntratt, li ma ssottoskriviex espressament l-imsemmija klawżola u li huwa ddomiċiljat fi Stat Membru differenti minn dak tad-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni u l-assigurat?

____________

1     Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU 2012, L 351, p. 1).