Appell ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2019 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla Estiża) fil-15 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-316/14, Kurdistan Workers’ Party (PKK) vs Il-Kunsill

(Kawża C-46/19 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen, S. Van Overmeire, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Kurdistan Workers’ Party (PKK), il-Kummissjoni Ewropea, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata tal-Qorti Ġenerali;

tiddeċiedi b’mod definittiv dwar il-kwistjonijiet li huma s-suġġett ta’ dan l-appell u tiċħad ir-rikors ippreżentat mill-PKK; u

tikkundanna lill-PKK għall-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill fil-kuntest ta’ dan l-appell u tal-Kawża T-316/14.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Kunsill isostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball fis-sentenza appellata fir-rigward tal-punti li ġejjin:

l-ewwel aggravju: il-Qorti Ġenerali kklassifikat b’mod żbaljat id-deċiżjonijiet ikkontestati bħala deċiżjonijiet li jaqgħu esklużivament taħt l-Artikolu 1(6)1  ;

it-tieni aggravju: il-Qorti Ġenerali kkonkludiet b’mod żbaljat li d-deċiżjonijiet tal-Istat Uniti ma setgħux iservu bħala bażi għall-inklużjoni inizjali fil-lista;

it-tielet aggravju: il-Qorti Ġenerali kkunsidrat b’mod żbaljat li l-Kunsill ma kienx spjega għalfejn huwa kien jikkunsidra li d-deċiżjonijiet tal-Istati Uniti u d-Digriet tal-Ministru għall-Intern tar-Renju Unit kienu jikkostitwixxu deċiżjonijiet ta’ awtorità kompetenti fis-sens tal-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK;

ir-raba’ aggravju: il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat għal dan il-każ il-punt 55 tas-sentenza LTTE, mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja 2 ;

il-ħames aggravju: il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat għal dan il-każ il-punt 71 tas-sentenza LTTE;

is-sitt aggravju: il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK u l-punt 55 tas-sentenza LTTE ;

is-seba’ aggravju: il-Qorti Ġenerali qieset b’mod żbaljat li l-Kunsill ma setax iwieġeb għall-ittra tal-PKK fl-ittra tiegħu stess tas-27 ta’ Marzu 2015.

____________

1 Pożizzjoni komuni tal-kunsill tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiki fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 1, p. 217).

2 Sentenza tas-26 ta’ Lulju 2017, Il-Kunsill vs LTTE, C-599/14 P, EU:C:2017:583.