Appell ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2018 mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-3 ta’ Ottubru 2018 fil-Kawża T-313/17 – Wajos GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-783/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, Bevollmächtigter)

Parti oħra fil-proċedura: Wajos GmbH

Talbiet

L-appellanti jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

tikkundanna lil Wajos GmbH għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Skont l-EUIPO, is-sentenza appellata tikser l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1 . Il-Qorti Ġenerali wettqet eżami żbaljat fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-karattru distintiv tat-trade mark ikkontestata, ma eżaminatx l-imsemmija trade mark fid-dawl tal-kriterji rilevanti u barra minn hekk applikat kriterji ta’ eżami żbaljati.

Is-sentenza appellata tikser ukoll l-Artikoli 36 u 53(1) tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea peress li ma tippermettix, la lir-rikorrent u lanqas lill-Qorti tal-Ġustizzja, li jifhmu r-raġunijiet li bihom il-Qorti Ġenerali tasal għall-konklużjoni, essenzjali għad-dispożittiv tas-sentenza, li l-forma tat-trade mark ikkontestata għandha “karattru eċċezzjonali, fid-dawl tal-użanzi fis-setturi konċernati”.

____________

1     Regolament (KE) Nru 207/2009 tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1).