Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Marzu 2019 – Sevenfriday vs EUIPO

(Kawża C-733/18 P)

“Appell – Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali SEVENFRIDAY – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Ċaħda tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni – Regolament (KE) Nru 207/2009 – Artikolu 8(1)(b) – Appell manifestament inammissibbli”

1.      Appell – Aggravji – Assenza ta’ kritika preċiża ta’ punt tar-raġunament tal-Qorti Ġenerali u ta’ argumenti legali insostenn tal-appell – Inammissibbiltà

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 168(1)(d) u 169(2))

(ara l-punt 5)

2.      Appell – Aggravji – Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u tal-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali – Inammissibbiltà – Kontestazzjoni tal-interpretazzjoni jew tal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula mill-Qorti Ġenerali – Ammissibbiltà

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 168(1)(d))

(ara l-punt 5)

3.      Appell – Aggravji – Motiv imressaq għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell – Inammissibbiltà

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 170(1))

(ara l-punt 5)

4.      Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament

(Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58)

(ara l-punt 5)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

Sevenfriday AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.