Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (ir-Rumanija) fil-11 ta’ Frar 2019 – Krakvet sp. z o.o. sp.k. vs Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Bucureşti, Administraţia Fiscală pentru Contribuabili Nerezidenţi

(Kawża C-108/19)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Bucureşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Krakvet sp. z o.o. sp.k.

Konvenuta: Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Bucureşti, Administraţia Fiscală pentru Contribuabili Nerezidenţi

Domanda preliminari

Fil-kuntest ta’ bejgħ ta’ oġġetti permezz ta’ negozju online, l-Artikolu 33 tad-Direttiva 2006/112 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax fil-każ fejn il-klijent jidħol direttament f’kuntratt għas-servizz ta’ trasport tal-oġġetti mill-Istat Membru tal-fornitur għall-Istat Membru tiegħu konformement mal-għażliet ta’ spedizzjoni offruti mill-fornitur, fid-dawl tal-fatt li t-trasport ma jittwettaqx f’isem il-fornitur?

____________

1 Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (GU 2006, L 347, p. 1).