Appell ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2018 minn Michal Harvilik – HYDRA mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (il-Ħames Awla) fil-25 ta’ Settembru 2018 fil-Kawża T-365/18, Michal Harvilik – HYDRA vs Ir-Repubblika Ċeka u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem

(Kawża C-768/18 P)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Partijiet

Appellant:i Michal Harvilik – HYDRA (rappreżentant: A. Wagner, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Ir-Repubblika Ċeka, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem

Permezz ta’ digriet tad-19 ta’ Marzu 2019 il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) ċaħdet l-appell bħala inammissibbli.

____________