Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Frar 2019 – MG, NH vs Germanwings GmbH

(Kawża C-190/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: MG, NH

Konvenuta: Germanwings GmbH

Domanda preliminari

Jeżisti dritt għall-kumpens skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 1 ukoll meta passiġġier ma setax jieħu, minħabba li wasal b’dewmien relattivament minimu, titjira ta’ konnessjoni diretta u meta dan kellu l-konsegwenza ta’ dewmien ta’ tliet sigħat jew iktar sabiex jasal fid-destinazzjoni finali, iżda meta ż-żewġ titjiriet kienu operati minn trasportaturi tal-ajru differenti u r-reżervazzjoni ġiet ikkonfermata minn aġenzija tal-ivvjaġġar li kkombinat it-titjiriet għall-klijent tagħha?

____________

1     Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).