Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Wien (l-Awstrija) fis-26 ta’ Marzu 2019 – S.A.D. Maler und Anstreicher OG

(Kawża C-256/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: S.A.D. Maler und Anstreicher OG

Konvenut: Magistrat der Stadt Wien

Parti oħra fil-proċedura: Bauarbeiter Urlaubs- und Abfertigungskasse

Domandi preliminari

Id-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-prinċipju ta’ effettività tal-inqas fir-rigward ta’ ordinament ġuridiku nazzjonali li, sabiex jitħarsu l-indipendenza u l-imparzjalità tal-qrati, jistabbilixxi fil-Kostituzzjoni tiegħu dritt fundamentali għall-assenjazzjoni tal-kawżi lill-Imħallfin skont ordni ta’ servizz stabbilita minn qabel skont regoli ġenerali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-leġiżlatur għandu jistabbilixxi li din il-garanzija fundamentali tkun effettiva u mhux sempliċement teoretika?

1a)    Domanda komplementari fil-każ fejn l-ewwel domanda tiġi risposta fin-negattiv:

Id-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali kif ukoll il-prinċipju ta’ effettività jimponu f’ordinament ġuridiku nazzjonali li fil-Kostituzzjoni jkun stabbilixxa d-dritt fundamentali għal ordni ta’ servizz, obbligi ta’ garanzija ta’ kwalunkwe natura fuq il-leġiżlatur u, jekk ikun il-każ, liema?

1b)    Domandi komplementari: fil-każ fejn l-ewwel domanda tiġi risposta fl-affermattiv:

1b-1) Id-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali kif ukoll il-prinċipju ta’ effettività tal-inqas fir-rigward ta’ ordinament ġuridiku nazzjonali li fil-Kostituzzjoni jkun stabbilixxa d-dritt fundamentali għal ordni ta’ servizz jimponu li ma tiġix osservata istruttorja jew li ma jiġix osservat att li jikkonċerna l-assenjazzjoni tal-kawżi lil Imħallef, li jinħarġu minn korp li ma huwiex kompetenti skont il-liġi li jagħti din l-istruttorja jew li jippreżenta dan l-att?

1b-2) Id-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali kif ukoll il-prinċipju ta’ effettività tal-inqas fir-rigward ta’ ordinament ġuridiku nazzjonali li fil-Kostituzzjoni jkun stabbilixxa d-dritt fundamentali għal ordni ta’ servizz jimponu li r-regoli interni ta’ qorti ma jirrikonoxxu ebda marġni ta’ diskrezzjoni lil korp inkarigat bl-assenjazzjoni tal-kawżi fl-assenjazzjoni tal-kawżi jew jirrikonoxxulu biss marġni limitat ħafna li jkun iddeterminat minn qabel?

Id-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali kif ukoll il-prinċipju ta’ effettività tal-inqas fir-rigward ta’ ordinament ġuridiku nazzjonali li, sabiex jitħarsu l-indipendenza u l-imparzjalità tal-qrati, jistabbilixxi fil-Kostituzzjoni tiegħu dritt fundamentali għall-assenjazzjoni tal-kawżi lill-Imħallfin skont ordni ta’ servizz stabbilita minn qabel skont regoli ġenerali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li Mħallef li jkollu dubji rigward 1) il-legalità tal-ordni ta’ servizz interna ta’ qorti jew 2) il-legalità tad-deċiżjoni interna ta’ qorti li timplimenta l-ordni ta’ servizz interna tal-qorti, li tmiss direttament l-attività ta’ dan l-Imħallef (b’mod partikolari deċiżjoni li tassenja kawżi), għandu jkun jista’ jippreżenta appell (mingħajr piż finanzjarju fuq dan l-Imħallef) quddiem qorti oħra li jkollha kompetenza sħiħa sabiex tistħarreġ il-legalità tal-att ġuridiku kklassifikat bħala illegali?

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv: il-leġiżlatur għandu jiggarantixxi dispożizzjonijiet oħra ta’ kwalunkwe natura li jiżguraw li Mħallef ikun f’pożizzjoni li legalment jikseb l-osservanza tad-dispożizzjonijiet legali li jikkonċernawh sabiex jiġu osservati d-dispożizzjonijiet legali (b’mod partikolari fil-qorti) dwar l-assenjazzjoni tal-kawżi?

Id-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali kif ukoll il-prinċipju ta’ effettività tal-inqas fir-rigward ta’ ordinament ġuridiku nazzjonali li, sabiex jitħarsu l-indipendenza u l-imparzjalità tal-qrati, jistabbilixxi fil-Kostituzzjoni tiegħu dritt fundamentali għall-assenjazzjoni tal-kawżi lill-Imħallfin skont ordni ta’ servizz stabbilita minn qabel skont regoli ġenerali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li parti fil-proċedura ġudizzjarja li jkollha dubji rigward 1) il-legalità tal-ordni ta’ servizz interna tal-qorti stabbilita b’dannu għall-eżitu tal-kawża tagħha jew 2) il-legalità tal-assenzjazzjoni ta’ din il-kawża lil ċertu Mħallef għandha, qabel ma l-qorti tiddeċiedi, tkun tista’ tippreżenta appell (mingħajr piż finanzjarju fuq din il-parti) quddiem qorti oħra li jkollha kompetenza sħiħa sabiex tistħarreġ il-legalità tal-att ġuridiku kklassifikat bħala illegali?

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv: il-leġiżlatur għandu jiggarantixxi dispożizzjonijiet oħra ta’ kwalunkwe natura sabiex jistabbilixxi li parti tkun fil-pożizzjoni, qabel ma l-qorti tagħti deċiżjoni, li tikseb legalment l-osservanza tad-dritt fundamentali tagħha li jiġi osservat il-prinċipju tal-“qorti legali”?

Id-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali kif ukoll il-prinċipju ta’ effettività tal-inqas fir-rigward ta’ ordinament ġuridiku nazzjonali li, sabiex jitħarsu l-indipendenza u l-imparzjalità tal-qrati, jistabbilixxi fil-Kostituzzjoni tiegħu dritt fundamentali għall-assenjazzjoni tal-kawżi lill-Imħallfin skont ordni ta’ servizz stabbilita minn qabel skont regoli ġenerali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-assenjazzjoni tal-kawżi f’qorti u r-reġistrazzjoni tal-kawżi mressqa għandhom jitfasslu b’mod tant trasparenti u ċar li l-Imħallef jew parti jkunu f’pożizzjoni li faċilment jivverifikaw il-konformità tal-assenjazzjoni konkreta ta’ kawża lil Imħallef jew lil Awla mad-dispożizzjonijiet tal-ordni ta’ servizz interna fis-seħħ fil-qorti?

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv: il-leġiżlatur għandu jiggarantixxi dispożizzjonijiet oħra ta’ kawalunkwe natura li jistabbilixxu li Mħallef jew parti jkunu fil-pożizzjoni li jkunu jistgħu jinformaw ruħhom dwar il-legalità tal-assenjazzjoni ta’ kawża?

Id-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali kif ukoll il-prinċipju ta’ effettività tal-inqas fir-rigward ta’ ordinament ġuridiku nazzjonali li, sabiex jitħarsu l-indipendenza u l-imparzjalità tal-qrati, jistabbilixxi fil-Kostituzzjoni tiegħu dritt fundamentali għall-assenjazzjoni tal-kawżi lill-Imħallfin skont ordni ta’ servizz stabbilita minn qabel skont regoli ġenerali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-partijiet fil-proċedura u l-Imħallef fi proċedura tal-qorti għandhom ikunu f’pożizzjoni li jifhmu mingħajr diffikultà l-kontenut tar-regoli tal-ordni ta’ servizz u fis-sens li l-partijiet fil-proċedura u l-Imħallef għandhom ikunu b’dan il-mod f’pożizzjoni li jivverifikaw il-legalità tal-assenjazzjoni magħmula lil Imħallef jew lil Awla?

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv: il-leġiżlatur għandu jiggarantixxi dispożizzjonijiet oħra ta’ kwalunkwe natura li jistabbilixxu li Mħallef jew parti għandhom jitqiegħdu f’pożizzjoni li jkunu jistgħu jinformaw ruħhom dwar il-legalità tal-assenjazzjoni ta’ kawża?

Liema huma l-inizjattivi li Mħallef għandu jieħu skont l-obbligu tiegħu taħt id-dritt tal-Unjoni li josserva l-prinċipji ta’ proċedura tad-dritt tal-Unjoni, meta att ġuridiku (estern jew intern għall-qorti) li ma jistax jikkontesta jġiegħlu jaġixxi bi ksur tad-dritt tal-Unjoni u mingħajr kunsiderazzjoni tad-drittijiet tal-partijiet?

____________