Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie (ir-Rumanija) fil-25 ta’ April 2019 – SC Romenergo SA, Aris Capital SA vs Autoritatea de Supraveghere Financiară

(Kawża C-339/19)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC Romenergo SA, Aris Capital SA

Konvenuta: Autoritatea de Supraveghere Financiară

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 63 et seq. TFUE flimkien ma’ dawk tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2004/25/KE u tal-Artikolu 87 tad-Direttiva 2001/34/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-qafas leġiżlattiv nazzjonali (f’dan il-każ id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(3)(j) tar-Regolament CNVM Nru 1/2006) li jistabbilixxi preżunzjoni legali ta’ prattiki miftiehma għal dak li jirrigwarda ishma f’kumpanniji li l-ishma tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq irregolat u li huma assimilati ma’ fondi ta’ investiment alternattivi (imsejħa kumpanniji ta’ investiment finanzjarju – KIF) fir-rigward ta’:

1.    persuni li kienu wettqu jew qed iwettqu tranżazzjonijiet ekonomiċi flimkien, kemm jekk relatati mas-swieq finanzjarji jew le, u

2.    persuni li fil-kuntest tat-twettiq ta’ tranżazzjonijiet ekonomiċi jagħmlu użu minn riżorsi finanzjarji mill-istess sors jew li ġejjin minn entitajiet differenti li huma persuni implikati?

____________