Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het Bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-3 ta’ Mejju 2019 – Crown Van Gelder BV vs Autoriteit Consument en Markt

(Kawża C-360/19)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

College van Beroep voor het Bedrijfsleven

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Crown Van Gelder BV

Konvenuta: Autoriteit Consument en Markt

Domanda preliminari

L-Artikolu 37(11) tad-Direttiva 2009/72/KE 1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tagħti wkoll id-dritt ta’ tressiq ta’ lment kontra l-operatur tas-sistema nazzjonali (operatur tas-sistema tat-trażmissjoni) lil parti meta din il-parti ma tkunx konnessa mas-sistema ta’ dan l-operatur tas-sistema nazzjonali kkonċernata (operatur tas-sistema tat-trażmissjoni) iżda biss ma’ sistema reġjonali (sistema tad-distribuzzjoni) li fiha t-trażmissjoni tal-elettriku tiġi interrotta minn nuqqas fis-sistema nazzjonali (sistema tat-trażmissjoni) li ssostni s-sistema reġjonali (sistema tad-distribuzzjoni)?

____________

1     ĠU 2009, L 211, p. 55.