Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Opatowie (il-Polonja) fit-8 ta’ Marzu 2019 – BW vs D.R.

(Kawża C-222/19)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy w Opatowie (il-Qorti Distrettwali ta’ Opatów, il-Polonja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: BW sp. z o.o.

Konvenut: D.R.

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur 1 u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva, kif ukoll il-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u l-ekwilibriju kuntrattwali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-introduzzjoni, fl-ordinament [ġuridiku] nazzjonali, tal-istituzzjoni tal-“ispejjeż massimi tal-kreditu esklużi l-interessi” u tal-mudell matematiku ta’ kalkolu tal-ammont ta’ dawn l-ispejjeż, previsti fil-punt 6-a tal-Artikolu 5 moqri flimkien mal-Artikolu 36-a tal-ustawa z 12 maja 2011 r. o kredycie konsumenckim (il-Liġi tat-12 ta’ Mejju 2011 dwar il-kreditu fuq il-konsum, test ikkonsolidat, Dz. U. tal-2018, intestatura 993), fejn dawn il-mekkaniżmi ġuridiċi jippermettu li jiġi inkluż ukoll, fl-ispejjeż relatati mal-kuntratt ta’ kreditu sostnuti mill-konsumatur (ammont totali tal-kreditu), l-ispejjeż tal-attività ekonomika eżerċitata mill-impriża?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288